printingpress.gov.mt

konsultazzjonijiet pubbliċi

MERĦba - Dikjarazzjoni tal-Missjoni

L-Istamperija tal-Gvern se tkun qed tagħti servizzi ta’ stampar lill-Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet oħra fil-ħin, b’mod kosteffettiv u bl-użu tal-aħħar teknoloġija disponibbli. Fl-aħħar mill-aħħar dan għandu jwassal fi tnaqqis ġenerali fil-burokrazija u jżid ma’ aktar metodi simplifikati fl-akkwist tal-ħtiġijiet tal-istampar tal-karta.

Informazzjoni - 
Dwar L-Istamperija

L-Istamperija tal-Gvern hija l-ewwel stamperija li twaqqfet f’Malta. L-Istamperija tal-Gvern taħseb għar-rekwiżiti kollha tal-biċċa l-kbira tal-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern flimkien ma’ servizzi anċillari oħra pprovduti lill-pubbliku ġenerali bħal kotba, fuljetti, biljetti tan-negozju eċċ. Ix-xogħol jibda mid-disinn fit-taqsima tal-prepress u mbagħad jgħaddi għat-taqsima tal-istampar. Meta x-xogħol jiġi stampat jgħaddi għat-taqsima tal-irfinar fejn jiġi maqtugħ, mitwi, stejpiljat, laminat, miksi bil-qoxra u ħafna aktar.

L-Aħħar Aħbarijiet

Post ta’ Stampatur fl-Istamperija tal-Gvern