Servizzi

Prepress

Prepress jirreferi għall-proċess fejn jinħoloq format għall-istampar u jitwettqu l-passi kollha li jwasslu għall-proġett finali tal-istampar. Magna diġitali tal-prepress taċċetta l-informazzjoni b’mod elettroniku u tittrasforma d-data fuq pjanċa tal-istampar li fl-aħħar mill-aħħar tintuża biex tittrasferixxi fajls fuq karta waqt l-istampar.

Typesetting

Typesetting huwa l-proċess tal-arranġament tat-test u tal-immaġnijiet f’paġna, sabiex jitħejjew għall-istampar. Dan jinkludi l-għażla tal-istil, id-daqs u l-kompożizzjoni l-aktar adegwati ta’ kull sett ta’ test, ritratt u element tad-disinn.

CTP

Meta d-disinn tax-xogħol ikun lest, ikunu meħtieġa pjanċi ta’ kull kulur (CMYK) jew kulur sħiħ qabel ma x-xogħol ikun jista’ jiġi stampat. Is-sistema mill-Kompjuter għall-pjanċa hija teknika veloċi, irħisa u effiċjenti, fejn il-pjanċa tiddaħħal fil-magna CTP u jsir l-imaging tal-pjanċa. Meta jsir l-imaging, dan jgħaddi għat-taqsima tal-istampar fejn il-pjanċa titqiegħed f’unità tal-istampar għall-istampar tal-kulur. Il-fajl diġitali jintbagħat lis-CTP qabel ma jibda l-imaging.

Id-dipartiment tal-istampar li huwa responsabbli għall-istampar fuq il-karta huwa l-aktar dipartiment importanti fl-istamperija. L-istampatur jgħaddi l-karta fil-magna, ipoġġi l-pjanċi u l-linka fil-magna u jivverifika li l-istampar ikun ta’ standard u ta’ kwalità tajba. Dan id-Dipartiment huwa maqsum f’żewġ taqsimiet offset u diġitali.

Stampar Offset

It-teknoloġija tal-istampar offset tuża pjanċi, normalment magħmula mill-aluminju, li jintużaw biex jittrasferixxu immaġni fuq “rombli” tal-lasktu, u mbagħad jirrumblaw dik l-immaġni fuq folja tal-karta. Dan jissejjaħ offset minħabba li l-linka ma tiġix trasferita direttament fuq il-karta. Minħabba li l-pressi offset jaħdmu b’mod effiċjenti ladarba jiġu installati, l-istampar offset huwa l-aħjar għażla meta jkunu meħtieġa kwantitajiet akbar, u jipprovdi riproduzzjoni preċiża tal-kulur, u stampar professjonali ċar u nadif. L-Istamperija tal-Gvern għandha pjanijiet biex tinvesti f’teknoloġija tal-ogħla livell biex tiżgura produzzjoni aħjar, żieda fil-kapaċità u aderenza ma’ skadenzi aktar stretti Id-dipartiment tal-istampar li huwa responsabbli għall-istampar fuq il-karta huwa l-aktar dipartiment importanti fl-istamperija. L-istampatur jgħaddi l-karta fil-magna, ipoġġi l-pjanċi u l-linka fil-magna u jivverifika li l-istampar ikun ta’ standard u ta’ kwalità tajba. Dan id-Dipartiment huwa maqsum f’żewġ taqsimiet offset u diġitali.

Stampar Diġitali

L-istampar diġitali huwa l-proċess tal-istampar ta’ immaġnijiet ibbażati fuq id-diġitali direttament fuq varjetà ta’ sottostrati tal-materjali. … Fajls diġitali bħal PDFs jew fajls ippubblikati permezz ta’ kompjuter jistgħu jintbagħtu direttament lill-istamperija diġitali biex jiġu stampati fuq karta, karta tar-ritratti, kanvas, drapp, sintetiċi, kartonċin u sottostrati oħra. L-istampar diġitali jippermetti vantaġġi addizzjonali, inkluż:

  1. stampar personalizzat ta’ data varjabbli (VDP)
  2. stampar fuq talba
  3. stampar fi kwantità żgħira b’mod kosteffettiv 
  4. ħin tal-produzzjoni mgħaġġel

L-Istamperija tal-Gvern toffri metodi addizzjonali ta’ stampar minbarra l-istampar tal-karta. Dawn jinkludu stikers u tikketti għal materjal differenti bħal ħġieġ, injam, eċċ. Hemm ħafna materjali ta’ stikers u ta’ tikketti disponibbli skont l-użu tagħhom. L-Istamperija tal-Gvern bħalissa qed tipprovdi servizzi ta’ stampar f’format kbir lil għadd ta’ Dipartimenti tal-Gvern u se twaqqaf dipartiment sħiħ f’dan is-settur biex jissodisfa d-domanda li dejjem qiegħda tikber.

L-Istamperija tal-Gvern dan l-aħħar investiet f’magna li Titwi u Tinserixxi – din hija apparat mekkaniku li jintuża biex tintewa l-karta u l-karta mitwija tiddaħħal awtomatikament f’envelops. Barra minn hekk, din il-magna tissiġilla l-envelops u b’hekk tkun garantita s-sigurtà u titnaqqas il-possibbiltà ta’ żball uman.

Tiwi u Tini

Iż-żieda drastika fl-istampar diġitali ġabet magħha ħtieġa li dejjem qed tikber għat-tini. Għal snin sħaħ, bl-istampar offset, il-linka tiġi assorbita mill-karta u għalhekk għalkemm il-fibri jistgħu jkunu qed jinqasmu meta l-folja tintewa, il-prodott finali xorta jibqa’ jidher tajjeb minħabba li ma jkun hemm l-ebda separazzjoni fil-kulur. Fid-dinja tal-lum tal-istampar diġitali, fejn it-toner jinsab fuq il-wiċċ, irridu nieħdu approċċ aktar aggressiv biex inħejju l-folja għat-tiwi. Dan huwa fejn il-magna tat-tini u tat-tiwi tal-karta saret meħtieġa. It-tini implika l-użu ta’ matriċi tat-tini apposta b’kanal u unità tal-qtugħ. It-tnejn jagħfsu l-folja u joħolqu tinja b’saħħitha fil-folja biex il-fibri ma jinkisrux matul it-tiwi.

Hard-Case Binding (Legatura b’Qoxra Iebsa)

Qoxra ratba bla tarf ta’ biċċa waħda ta’ kartonċina hija prodotta b’mod simili ħafna għal qoxra ta’ ktieb b’perfect binding — il-kartonċina hija ttrimmjata f’format partikolari, imma l-blokka ta’ karti tal-ktieb huma legati b’folji tal-karti inkollati mal-qoxra. F’każ ieħor, biċċa waħda ta’ materjal legatur hija inkollata fuq biċċa kartonċina u mbagħad ittrimmjata għal format partikolari. Huwa f’dak il-punt li l-blokka ta’ karti tal-ktieb tiġi legata.

Perfect Binding

Perfect Binding huwa metodu użat ħafna għal legatura ta’ kotba b’qoxra ratba. B’dan il-metodu ta’ legatura, il-paġni u l-qoxra huma inkollati flimkien fl-ispina b’kolla termali b’saħħitha iżda flessibbli. It-tliet naħat l-oħra tal-ktieb imbagħad jiġu ttrimmjati kif meħtieġ biex jagħtuhom truf “perfetti” dritti.

Legatura Saddle Stitch

Saddle stitch hija meta jiġu stampati folji singoli tal-karta fuq iż-żewġ naħat, miġbura f’ordni tan-numru tal-paġna, mitwija min-nofs u mbagħad jiġu stejpiljati mit-tinja permezz ta’ stejpler saddle stitch. Legatura saddle stitch hija wieħed mill-metodi ta’ legatura l-aktar komuni għall-manifattura ta’ kotba żgħar.

Spiral Binding (Legatura Spirali)

L-Istamperija tal-Gvern toffri metodu addizzjonali ta’ legatura – dan huwa l-Legatura Spirali fejn il-paġni huma marbuta flimkien permezz ta’ wajer jew plastik spirali mdawwar permezz ta’ serje ta’ toqob imtaqqba tul naħa waħda ta’ kull paġna u l-qoxra ta’ quddiem u ta’ wara.

Side Stitch

Side Stitch hija meta ktieb jew rivista jiġu stejpiljati fuq in-naħa tax-xellug tal-ktieb diversi drabi. Normalment jiġi stejpiljat darbtejn fit-tarf tal-ktieb, tar-rivista jew tal-fuljett.

Laminazzjoni

Hemm diversi proċessi ta’ laminazzjoni fl-Istamperija tal-Gvern. Pouch, Hot Reel u Loose huma użati biex jiġi laminat plastik għal fuq il-karta. Il-laminazzjoni tintuża biex tipproteġi, tistabbilizza u ssaħħaħ il-karta. Din tintuża wkoll biex ittejjeb id-dehra tax-xogħol. Il-proċessi ta’ laminazzjoni jużaw is-sħana u l-pressa biex il-plastik jeħel mal-karta b’mod permanenti.

Ittimbrar bis-Sħana

L-Ittimbrar bis-Sħana huwa metodu ta’ stampar fejn il-fojl huwa trasferit għal fuq il-wiċċ f’temperaturi sħan. Hemm varjetà ta’ proċessi li jużaw dan il-metodu. Fl-Istamperija tal-Gvern aħna nipprovdu kemm Ittimbrar Diġitali kif ukoll Ittimbrar Tradizzjonali.

Numerazzjoni

In-numerazzjoni hija l-proċess tal-ħolqien ta’ numri konsekuttivi għal kull paġna f’xogħol partikolari. Kull paġna normalment għandha numru li jiżdied b’wieħed.

Perforazzjoni

Perforazzjoni huwa proċess fl-industrija tal-istampar fejn serje ta’ qatgħat żgħar jiddaħħlu fil-karta u b’hekk jagħmluha faċli għall-utent biex jaqta’ bl-idejn. Dan huwa proċess ta’ rfinar.

Qtugħ

Fi kwalunkwe stamperija l-qtugħ tal-karta f’daqsijiet speċifiċi huwa essenzjali. Hemm diversi magni fl-Istamperija tal-Gvern li jagħmlu dan ix-xogħol inkluż magna tal-qtugħ ta’ forom u giljottina. Il-qtugħ ta’ forom huwa proċess biex il-karta tinqata’ f’ċerti forom. Il-giljottina tintuża biex taqta’ l-karta għal daqs speċifiku iżda f’żewġ forom biss, Kwadru u Rettangolu.

Id-dipartiment tal-Postpress huwa responsabbli għall-irfinar, l-ippakkjar, u t-twassil tax-xogħol stampat. Huwa maqsum f’żewġ taqsimiet li huma: it-taqsima tal-kunsinna u t-taqsima tal-irfinar. It-taqsima tal-irfinar tikkonkludi x-xogħol minn numru ta’ proċessi inkluż il-qtugħ, it-tiwi, it-tini, il-laminazzjoni eċċ. It-taqsima tal-kunsinna tippakkja u taħżen ix-xogħol u twassal il-prodott stampat finali.

Kunsinna

It-taqsima tal-Postpress hija responsabbli għall-Ippakkjar u t-twassil tax-xogħol lill-klijent. Dan huwa l-istadju finali tax-xogħol fejn ix-xogħol jiġi ċċekkjat, magħdud u ppakkjat imbagħad imwassal lill-klijent jew miġbur mill-klijent.

Magna li Titwi u Tinserixxi