informazzjoni-dwar-l-istamperija

L-Istamperija tal-Gvern hija l-ewwel stamperija li twaqqfet f’Malta. L-Istamperija tal-Gvern taħseb għar-rekwiżiti kollha tal-biċċa l-kbira tal-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern flimkien ma’ servizzi anċillari oħra pprovduti lill-pubbliku ġenerali bħal kotba, fuljetti, biljetti tan-negozju eċċ. Ix-xogħol jibda mid-disinn fit-taqsima tal-prepress u mbagħad jgħaddi għat-taqsima tal-istampar. Meta x-xogħol jiġi stampat jgħaddi għat-taqsima tal-irfinar fejn jiġi maqtugħ, mitwi, stejpiljat, laminat, miksi bil-qoxra u ħafna aktar.