Libertà tal-Informazzjoni

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni Persuni eliġibbli jistgħu jagħmlu talbiet għal-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) lill-Awtoritajiet Pubbliċi kolla, inkluż dawk li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. It-talbiet għandhom isiru bil-miktub fuq formoli apposta u għandhom jitwasslu fl-uffiċċju tal-Awtorità Pubblika, b’mod elettroniku – permezz tal-posta elettronika jew permezz tas-sit web foi.gov.mt , jew bl-idejn jew bil-posta.