PREŻENTAZZJONI TA’ TALBA/LMENT

Persuni Eliġibbli

Sabiex tkun eliġibbli biex tissottometti talbiet għal-Libertà tal-Informazzjoni, persuna trid tkun residenti f’Malta għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin. Il-persuna trid tkun ukoll jew ċittadin ta’ Malta jew ċittadin ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew ċittadin ta’ kwalunkwe stat ieħor li ċ-ċittadini tiegħu għandhom dritt, bis-saħħa ta’ kwalunkwe trattat bejn dak l-Istat u l-Unjoni Ewropea, li f’Malta jiġu ttrattati bl-istess mod bħal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Formoli għal Talba għal Dokument/Informazzjoni jistgħu jinkisbu minn dan is-sit web jew mis-sit web tal-Libertà tal-Informazzjoni fuq www.foi.gov.mt. Dawn jistgħu jinkisbu wkoll minn diversi Awtoritajiet Pubbliċi (jew billi jinġabru mill-uffiċċji tagħhom jew billi wieħed iżur is-siti web rispettivi tagħhom). L-applikanti jistgħu jressqu talba direttament permezz tal-portal indikat hawn fuq jew permezz tal-e-ID jew billi jimlew il-formola online.

Meta jimla l-Formola ta’ Talba, l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu, bħan-numru tal-Karta tal-Identità jew il-permess ta’ residenza, in-numru tat-telefown kif ukoll l-indirizz elettroniku tiegħu. Dawn id-dettalji huma meħtieġa, fost affarijiet oħra, sabiex jiġi ffaċilitat il-kuntatt mal-Awtorità Pubblika. L-applikant se jkollu bżonn jindika d-dokumenti/l-informazzjoni li jixtieq jikseb. L-applikant se jkollu bżonn ukoll jindika kif jixtieq jirċievi tali dokument u informazzjoni.

Meta jimla l-Formola ta’ Talba, l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu, bħan-numru tal-Karta tal-Identità jew il-permess ta’ residenza, in-numru tat-telefown kif ukoll l-indirizz elettroniku tiegħu. Dawn id-dettalji huma meħtieġa, fost affarijiet oħra, sabiex jiġi ffaċilitat il-kuntatt mal-Awtorità Pubblika. L-applikant se jkollu bżonn jindika d-dokumenti/l-informazzjoni li jixtieq jikseb. L-applikant se jkollu bżonn ukoll jindika kif jixtieq jirċievi tali dokument u informazzjoni.

Wieħed jista’ jitlob għal kwalunkwe dokument miżmum minn awtorità pubblika mingħajr ma jagħti raġuni jew ġustifikazzjoni għat-talba tiegħu. Fil-każ ta’ dokumenti li huma reġistrazzjoni ta’ ħsejjes u immaġnijiet viżwali, l-Awtorità Pubblika tista’ tagħmel arranġamenti biex l-applikant jisma’ dawk il-ħsejjes jew jara dawk l-immaġnijiet viżwali. Sakemm ikun possibbli, l-aċċess għad-dokument għandu jiġi pprovdut skont il-preferenza tal-applikant.

L-applikanti jistgħu jitolbu informazzjoni fir-rigward ta’ deċiżjoni jew rakkomandazzjoni magħmula mill-Awtorità Pubblika dwarhom. F’każijiet bħal dawn, it-talba għandha ssir fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni jew mir-rakkomandazzjoni rilevanti. Jekk ikun hemm perjodu ta’ żmien mid-data meta tittieħed id-deċiżjoni/ir-rakkomandazzjoni rilevanti u d-data meta l-persuna ssir taf dwar id-deċiżjoni/ir-rakkomandazzjoni, is-sitt xhur japplikaw mid-data meta l-persuna ssir taf bid-deċiżjoni/bir-rakkomandazzjoni.

L-Awtoritajiet Pubbliċi se jikkonfermaw kif xieraq li rċevew it-talbiet għal-Libertà tal-Informazzjoni. L-Awtorità Pubblika timpenja ruħha li toħroġ notifika li tindika jekk it-talba tkunx se tiġi aċċettata jew le skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni malajr kemm jista’ jkun raġonevolment prattikabbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 jum tax-xogħol. Tali perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż sa 40 jum tax-xogħol skont l-Artikolu 11 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, f’liema każ l-applikant jingħata avviż tal-estensjoni u r-raġunijiet għal dan.

Ladarba tistabbilixxi li talba hija talba għal-Libertà tal-Informazzjoni u tista’ tiġi indirizzata min-naħa tagħha, l-Awtorità Pubblika se tiddetermina jekk tistax tipprovdi d-dokument/l-informazzjoni mitluba (b’mod sħiħ jew parzjalment) lill-applikant jew jekk hix se tirrifjuta t-talba. Qabel ma tieħu deċiżjoni f’dan ir-rigward, l-Awtorità Pubblika għandha tikkunsidra jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fl-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. L-Awtorità Pubblika se toħroġ notifika dwar jekk it-talba hijiex se tiġi aċċettata jew le fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċeviha, madankollu tista’ tapplika estensjoni sa 40 jum tax-xogħol addizzjonali.

L-Awtorità Pubblika se tivverifika wkoll jekk id-dokument/l-informazzjoni mitluba humiex qed jinżammu min-naħa tagħha. Jekk dan ma jkunx il-każ, tali Awtorità Pubblika se tfittex li tidentifika l-entità xierqa li lilha għandha tiġi sottomessa t-talba u se tittrasferixxi tali applikazzjoni kif xieraq (billi tinforma lill-applikant fil-proċess). Jekk ma tiġi identifikata l-ebda entità alternattiva (li jfisser li d-dokument/l-informazzjoni ma tistax tiġi traċċata fi kwalunkwe Awtorità Pubblika) l-applikant se jiġi infurmat b’dan.

L-Awtorità Pubblika tista’ timponi tariffi sabiex tkopri l-ispejjeż. Dawn it-tariffi għandhom jiġu imposti f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Ħlasijiet imposti mill-Awtoritajiet Pubbliċi għall-Aċċess għal Dokumenti, 2010 (Avviż Legali 158/2010) u t-tariffa totali applikabbli ma għandhiex taqbeż l-EUR 40.

L-ebda tariffa addizzjonali ma tista’ tiġi imposta għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew ilmenti.

L-applikant huwa intitolat li jressaq ilment lill-istess Awtorità Pubblika fi żmien massimu ta’ 30 jum tax-xogħol mid-data tal-aħħar komunikazzjoni rilevanti mill-Awtorità Pubblika. Ilmenti sussegwenti u differenti dwar l-istess talba jistgħu jiġu sottomessi biss lill-Awtorità Pubblika wara li l-istess Awtorità Pubblika twieġeb għall-ilment oriġinali jew wara li jiskadu 10 ijiem tax-xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-ilment.

L-ilmenti jistgħu jitressqu għar-raġunijiet li ġejjin:

It-Talba ma ġietx meqjusa bħala talba għal-Libertà tal-Informazzjoni,
L-Awtorità Pubblika applikat estensjoni għall-iskadenza tal-20 jum tax-xogħol biex tinnotifika lill-applikant jekk ikunx se jingħata aċċess għad-dokument/għall-informazzjoni mitluba,

L-Awtorità Pubblika imponiet tariffa li hija meqjusa eċċessiva,
Id-dokument ma jingħatax fil-format mitlub, jew
It-talba qed tiġi miċħuda.

Jekk, sussegwentement, l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bir-risposta riċevuta, huwa/hija jista’ jressaq appell quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC) fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika mill-Awtorità Pubblika. Jekk l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bl-eżitu ta’ din il-proċedura, huwa jew hija jista’ jappella d-deċiżjoni permezz tat-Tribunal tal-Appell dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-aħħar komunikazzjoni rilevanti mill-IDPC. L-appell minn din id-deċiżjoni jista’ jiġi rreġistrat fil-Qrati tal-Appell fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-aħħar komunikazzjoni rilevanti tat-Tribunal tal-Appell dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

L-ilment jista’ jitressaq billi timtela l-Formola ta’ Proċedura Interna dwar l-Ilmenti u tintbagħat lill-uffiċjal pertinenti tal-Libertà tal-Informazzjoni. L-uffiċjal tal-Libertà tal-Informazzjoni eventwalment se jinforma lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-ilment tiegħu, filwaqt li jinforma dwar il-possibbiltà li jitressaq appell mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC) f’konformità mal-Artikoli 9 (Tariffi) u 23 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, Kap. 496.

Inti tista’ taċċessa d-dokumenti elenkati hawn taħt minn din il-link:

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Formola għal Talba għal Dokument

Formola ta’ Lment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Awtoritajiet Pubbliċi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru

– L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni

– Is-Segretarjat tal-Prim Ministru

– L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni

– L-Uffiċċju tal-Kabinett

– Id-Direttorat tal-Amministrazzjoni u Finanzi

– It-Taqsima Maniġment tal-Informatika fl-UPM

– Id-Direttorat għall-Iżvilupp Politiku u l-Implimentazzjoni ta’ Programmi

– Id-Dipartiment tal-Informazzjoni

– L-Istamperija tal-Gvern

– L-Uffiċċju Elettorali

– L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti (Strateġija u Implimentazzjoni)

– L-Unità tal-Effiċjenza tal-Ġestjoni (MEU)

– Il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru

– Id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli

– L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti (Nies u Standards)

– L-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi

Il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (NDSF)

Id-Dipartiment tal-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni
Servizz.gov

Wieħed jista’ jara l-informazzjoni mogħtija f’konformità mal-Artikolu 17 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni billi jiġu aċċessati l-links ta’ hawn fuq jew billi jiġi kkuntattjat:

L-Uffiċjal Ewlieni tal-Libertà tal-Informazzjoni
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Il-Berġa ta’ Kastilja
Valletta, Malta
Nru tat-Tel. 22001013​